Availability: In Stock

Kważi Kważi lil Tamara Nżommuha

Georgia Manzi Translator : Simon Bartolo
SKU: 9789990914924

7.95

3-for-2 on your favourite books! Buy 2 books, get the 3rd one FREE!
Compare
ISBN: 9789990914924
Qoxra: paperback
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 2014
Numru ta’ paġni : 192
Tags: ,

Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Lilli tasal il-Greċja bla eċċitament ta’ xejn. La naqra ferħ u lanqas daqsxejn dwejjaq. Xejn.
Xejn sakemm tiltaqa’ mal-ewwel imħabba u tiskopri l-ewwel bewsa. Imma taf li l-imħabba bħal kull ħaġa oħra tista’ tispiċċa. Tħares lejn ommha u missierha u tibda tinduna li fil-familja tagħha hemm aktar kruha milli ġmiel. Id-definizzjoni ta’ ġurnata tajba kienet meta l-ġenituri tagħha jirnexxilhom ma joqtlux lil xulxin!
Imbagħad, bħal leħħa ta’ berqa tfaqqa’ kriżi f’ħajjithom. Lilli ma jifdlilha xejn ħlief li tippjana kif tista’ titlaq mid-dwejjaq li hemm fid-dar.
Iżda fid-dar hemm ukoll Tamara, seftura Rumena b’figura kbira u qalb enormi. Bil-mod il-mod Lilli titgħallem li kważi kważi lil Tamara ta’ min iżommha.

Ir-rumanz ta’ Georgia Manzi huwa mimli b’kull tip ta’ karattri li qatt ma tista’ tgħid jekk humiex tajbin jew ħżiena, xi ftit bħalna insomma. Il-kriżi ekonomika ssir sfond għal kriżi aktar personali fejn l-imħabba u t-tradiment, il-ferħ u s-sofferenza, il-ħajja u l-mewt jilagħbu flimkien. Fejn anki l-passat jiżfen mal-preżent, u fejn 2,500 sena ilu kien diġà jeżisti l-istessu!

Nirrakkomandaw