IXTRI

  • img-book

    Charles Casha

Kun Af Kif Tibni Komponiment

ta' : Charles Casha

2.35

Kopji:
ISBN: 9789990911626
Kategorija:
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Pubblikazzjoni : 1989
Paġni : 56
L-għan ta' dan il-ktieb mhux li jagħti lill-istudent numru ta' komponimenti maħduma u lesti, iżda li jġiegħlu jibni komponimenti f'modi differenti, u b'hekk jiżviluppa l-ħila tiegħu fil-bini tal-komponiment, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. F'dan il-ktieb wieħed isib disa' taqsimiet li jgħinu lill-istudent biex jitgħallem jibni komponiment kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Il-ktieb jibda b'taħriġ faċli u pass, pass, l-istudent jasal biex jibni l-komponiment mistenni minnu skont l-età tiegħu.
Charles Casha kittieb prolifiku Ii beda jikteb fil-bidu tas-sittinijiet. Fl-1967 ħoloq Fra Mudest, mequs bħala ikoniku fil-letteratura Maltija. Fil-kitba għat-tfal Casha għaqqad iż-żewġ kompetenzi (għalliem u awtur) biex ta kontribut kbir f’dan il-ġeneru. Fil-kitba għall-adulti jispikka l-element soċjali fejn il-karattri jirriflettu t-tiġrib personali u kollettiv. Il-poeżiji tiegħu huma konċiżi, b’diversi temi, fosthom l-ispiritwalità, l-eżistenza u l-imħabba. “F’għeluq snini nibni sular ieħor fuq it-Torri ta’ Pisa.”
View Profile
View Pdf