IXTRI

  • img-book

    Charles Casha

Kun Af (edizzjoni aġġornata)

ta' : Charles Casha

5.00

Kopji:
ISBN: 9789990915976
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Pubblikazzjoni : 1987
Paġni : 96
Edizzjoni riveduta u aġġornata Kun Af huwa maħsub biex iservi ta' għajnuna għall-istudenti fil-livell primarju fit-tagħlim tal-Malti. F'din l-edizzjoni riveduta u aġġornata hemm żewġ taqsimiet li jispjegaw b'mod faċli prinċipji tal-grammatika u joffru ħażna ta' vokabolarju li għandha tgħin lill-istudenti fil-kitba u fit-taħdit ta' kuljum. Tul is-snin, Kun Af baqa' riżorsa indispensabbli u unika, imfittxija mill-istudenti fil-primarja kif ukoll mill-għalliema u mill-ġenituri.
Charles Casha kittieb prolifiku Ii beda jikteb fil-bidu tas-sittinijiet. Fl-1967 ħoloq Fra Mudest, mequs bħala ikoniku fil-letteratura Maltija. Fil-kitba għat-tfal Casha għaqqad iż-żewġ kompetenzi (għalliem u awtur) biex ta kontribut kbir f’dan il-ġeneru. Fil-kitba għall-adulti jispikka l-element soċjali fejn il-karattri jirriflettu t-tiġrib personali u kollettiv. Il-poeżiji tiegħu huma konċiżi, b’diversi temi, fosthom l-ispiritwalità, l-eżistenza u l-imħabba. “F’għeluq snini nibni sular ieħor fuq it-Torri ta’ Pisa.”
View Profile
View Pdf