Availability: In Stock

Kulħadd ħalla isem warajh | eBook

Clare Azzopardi
SKU: 9789990914993

9.00

Compare
ISBN: 9789990914993
Qoxra: eBook
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 2014
Numru ta’ paġni : 160
Tag:

Verżjoni eBook

Innota li m’intix qed tixtri ktieb stampat. Qed tixtri ktieb elettroniku (ebook) li tista’ taqra fl-app tagħna għall-mowbajl u t-tablet (iOS jew Android). L-istruzzjonijiet biex tniżżel l-app issibhom fl-email ta’ konferma li tirċievi wara li tagħmel l-ordni. Jekk jogħġbok uża l-istess email kemm biex tixtri l-ebook kemm biex tirreġistra għall-app.

 

Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Ir-ritorn ta’ Clare Azzopardi għal-letteratura għall-adulti

Immaġinak issib ċavetta b’indirizz magħha u taf li din iċ-ċavetta ddaħħlek għand Sandra. X’tagħmel? Jew immaġinak tiltaqa’ ma’ Helen li taħdem il-British Shoe Store, tgħidlek l-istorja ta’ Gracey liebsa libsa tkanġi fl-aħmar. Imxattra. Antika. Temminha? Inkella tiltaqa’ ma’ Camilla u tgħidlek li qatlitu hi, qattgħetu f’biċċiet u ħarġitu f’borża wara l-bieb.

Hemm tmien nisa mkeffna f’dawn l-istejjer, tmien nisa magħluqa fis-silenzju tal-paġni ta’ dan il-ktieb li ħadd ma jaf bihom. Hemm dar il-Belt u oħra l-Isla; hemm waħda Bormla u oħra l-Gżira. Anki huma kompliċi. Hemm Roża, hemm Helen, hemm Gracey, hemm Rita, hemm Margaret, hemm Polly. Imbagħad hemm ħafna silenzju u isem migruf ma’ ħajt jew fuq bankina, fuq pum ta’ bieb jew fil-latrina.

Nirrakkomandaw