Availability: In Stock

Ktieb ix-Xwejjaħ

Ġorġ Mallia
SKU: 9789918240197

10.95

Compare
ISBN: 9789918240197
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Etajiet:
Illustratur: Ġorġ Mallia
Data tal-pubblikazzjoni : 2023
Numru ta’ paġni : 228
Tags: , , , ,

Meta Ktieb ix-Xwejjaħ ħareġ għall-ewwel darba fl-1987, kien il-pijunier tal-kitba fantastika bil-Malti. Din edizzjoni riveduta, b’taħlita ta’ tpinġijiet mill-oriġinal u oħrajn ġodda minn Ġorġ Mallia, issa f’idejkom għall-ewwel darba wara ħafna snin.

Fih hemm il-ġrajja tal-Viżjier tal-belt fantastika ta’ Terani, li jfittex ktieb imsaħħar li permezz tiegħu jkun jista’ jsalva dinjitu mid-dlamijiet li ġabu fuqha s-sħaħar ħżiena ta’ Ermerat, l-art ’il fuq mis-sħab.

Niltaqgħu mas-saħħar apprentist Rejnon, is-Sultan twajjeb Abadnari, l-aljen bennej tal-muntanji, il-kavallier qalbieni, Melas il-mexxej tas-sħaħar tajba, u Erdon, il-mexxej ta’ dawk ħżiena. Dawn u tant oħrajn, flimkien ma’ ħlejjaq fantastiċi, jimlew id-dinja ta’ Ktieb ix-Xwejjaħ b’seħer uniku.

Nirrakkomandaw