IXTRI
Kategoriji
X
-
Trevor Żahra
Kliem ix-Xiħ: bit-tweġibiet
ta' : Trevor Żahra€2.80
ISBN:
9789990913040
Kategorija:
Kotba tal-iskola, Riżorsi għall-Għalliema
Qoxra:
paperback
Età:
6-10
Illustratur:
Trevor Żahra
Pubblikazzjoni : 1988
Paġni : 48
About This Book
bit-tweġibiet
Mhux faċli li t-tfal jitgħallmu għadd ta' qwiel bl-amment. Lezzjoni fuq suġġett bħal dan tista' tkun kemmxejn monotona.
Il-għan ta' dan il-ktieb huwa li t-tfal jitgħallmu għadd ta' qwiel permezz ta' taħriġ, mistoqsijiet u logħob varju. B'hekk il-lezzjoni dwar il-qwiel issir divertenti u interessanti. Il-mistoqsijiet diretti li hemm wara kull taqsima jġiegħlu lit-tfal jaqraw il-qwiel bosta drabi u b'hekk jitgħallmuhom aħjar.
ISBN: 9789990913040
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni: 1988
Paġni: 48

Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com