Rebbieħ tal-Premju Unjoni Ewropea għal-Letteratura
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Hemm spazji u rkejjen li għalkemm kulħadd jaf bihom, l-istorja tagħhom ma jafha kważi ħadd. Xi stejjer minn dawn qegħdin jintradmu għal dejjem fost tħaffir, torrijiet u żviluppi ġodda li m’għandhom xejn x’jaqsmu ma’ passat li jgħid ħafna stejjer. Stejjer tiegħek, tagħha u tiegħi u ta’ eluf oħra li ġew qabel u li għad iridu jiġu wara.
Id-dar tal-larinġ għaddiet minn erba’ ġenerazzjonijiet. Issa? Sfrundawha. Minflokha kantun flettijiet. U lil Rożi? Minn ħajja trankwilla f’dar viċin ix-xatt, tefgħuha thewden fuq sodda li ma kinitx tagħha. U min qatt seta’ jobsor li anke f’xifer irdum dwejjaq, għafet tinbet ħbiberija?
Dawn huma stejjer li jfittxu t-tama fost it-trab, il-kalma fost it-tkissir, u ċ-ċans ta’ bidla fost kruha li taqtagħlek nifsek.
Lara Calleja
Lara Calleja hija Skaliża. Il-baħar - u l-villaġġ li issa żviluppa xi naqa żżejjed - huma parti minn ħafna stejjer f’ħajjitha. Il-kitba hija l-mod tagħha kif tagħmel kompromess mad-dinja ta’ madwarha, li mhux dejjem taf tkun ġentili. Tħobb l-ispazji miftuħa, mhux tal-baħar biss imma anka ta’ wesgħat twal ta’ għelieqi. L-attiviżmu finalment huwa l-kontribut żgħir li tħoss qed tagħti biex mingħaliha żżomm il-kuxjenza f’postha fuq affarijiet li taħseb jistgħu jkunu aħjar.
L-ambizzjonijiet li għandha huma li jirnexxilha toħloq iktar sens ta’ komunità f’dinja li saret wisq individwalista. U li forsi jkollha biċċa għalqa u daqsxejn ta’ kmajra. U min jaf x’ħolm ieħor iġġib magħha l-ħajja. Intant però, Lara rebħet il-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura - l-ewwel mara Maltija li qatt rebħet dal-premju prestiġjuż. Ara aktar
“What Calleja does, with Kissirtu Kullimkien, is weave real-life stories into a poignant fiction, imbuing Malta’s penchant for turning open spaces into ‘fletsijiet’ with the human pathos it so desperately needed.
There are no sermons, no exhortations from atop some high horse. At no point do we feel that the author is trying to make up our mind for us with Kissirtu Kullimkien.
Kissirtu Kullimkien is very sobering reading, subtly painting a picture of an island gone made with greed and of where that is taking us. More than an indictement, it is the equivalent of a Ghost of Christmas Present that is fast racing to a definitely grim Future, unless the people put their foot down now.This book is a very good start in making that first step.”
— Reċensjoni minn Ramona Depares, fuq ramonadepares.com: A poignant collection of stories highlighting Malta’s construction plague