Availability: In Stock

Kif Jaħsibhom Mastru Gerfex

Carmel G. Cauchi
SKU: 9789990914115

7.00

Compare
ISBN: 9789990914115
Qoxra: paperback
Etajiet:
Illustratur: Frank Schembri
Data tal-pubblikazzjoni : 2012
Numru ta’ paġni : 104
Tags: ,

Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Rebbieħ: Frank Schembri għall-Aqwa Illustrazzjonijiet fi Ktieb għat-Tfal fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Jerġa’ lura, bi praspar ġodda, seħibna Mastru Gerfex!

Dan jaħbat ir-raba’ ktieb fis-sensiela ta’ Mastru Gerfex, u jiġbor fih għaxar stejjer oħra dwar dan il-karattru simpatiku. Stejjer bħal meta kisser il-mera antika ta’ martu Lugrezja, jew meta fil-Karnival libes ta’ Tork bit-tarbux u Lugrezja m’għarfitux. U x’ġara meta żelaq fit-triq u ħabat rasu mal-art?
Ma jistax jonqos li hawn ukoll ix-xwejjaħ ikollu jħabbat wiċċu ma’ Kaspru l-Amerikan li kien dejjem imqabbad miegħu. Naqraw kif spiċċat l-affari meta Kaspru pprova jagħti tixriba lix-xwejjaħ billi jixħetlu fuqu barmil ilma kiesaħ. Insiru nafu wkoll b’liema mod ix-xwejjaħ ta lil Kaspru d-daqqa t’id li ried mingħandu.
U x’ġara meta Mastru Gerfex twebbel biex jistudju l-Ġermaniż? U fiex jidħol il-bebbux? U kif spiċċat l-imħatra tax-xwejjaħ li jixrob minn flixkun magħluq?

Fl-istess sensiela

Nirrakkomandaw