Wieħed minn sensiela ta’ kotba għal tfal żgħar li qed jiffurmaw sentenzi, mill-pinna ta’ Trevor Żahra
Qatt rajt żiemel aħdar? Jew qattus blu? F’dan il-ktieb l-annimali huma kull kulur. Imma mhux l-annimali biss.
Trevor Żahra
Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com