Shop

  • img-book

    Dwayne Ellul

Kelma għal Kelma: Teżawru Tematiku Malti

by : Dwayne Ellul

15.00

Quantity:
ISBN: 9789990918496
Category: ,
Cover: paperback
Age: 13-18, adults
Publication Date : 2020
Page Count : 352
L-ewwel teżawru tax-xorta tiegħu bil-Malti Teżawru tematiku joffri vantaġġi kbar lil kull min ifittex fih. Vantaġġ ewlieni hu li l-kliem kollu marbut ma’ qasam partikolari jinsab qrib xulxin u mhux imxerred mal-erbat irjieħ tal-alfabett. Hekk jispikkaw aktar id-differenzi fit-tifsir, li xi drabi jistgħu jkunu sottili. Bit-tqassim alfabetiku, kliem bħal ċaqċaq, għadma, sinsla, skeletru qarquċa jkun imferrex taħt erba’ ittri differenti filwaqt li f’dan it-teżawru jinsab miġbur flimkien u għalhekk hemm probabbiltà akbar li l-fittiex isib dak li jkun qed ifittex. Teżawru bħal dan huwa effettiv l-aktar għaliex iqegħedlek il-kliem fuq il-ponta ta’ lsienek, lest biex tużah. Mhux biss jgħin lil min irid jikkomunika jagħżel liema hi l-aktar kelma li tixraq fil-kuntest, iżda jiffaċilita wkoll il-proċess biex il-fittiex isib xi kelma li jeħtieġha u li għandu mnejn lanqas biss ikun jaf li teżisti. It-Teżawru huwa mqassam f’dawn it-temi:
  1. Il-familja u l-ħbieb
  2. Il-ġisem u l-kura tiegħu
  3. Id-deskrizzjoni fiżika
  4. Id-deskrizzjoni tal-karattru
  5. Is-sentimenti u l-emozzjonijiet
  6. Il-fażijiet tal-ħajja
Madankollu min irid jista’ jfittex ukoll b’mod alfabetiku permezz tal-indiċi fit-tieni nofs tal-ktieb, u b’hekk ma tintilifx il-prattiċità li joffri l-alfabett. Dan it-teżawru tematiku huwa għodda ġdida li għandu jkollu kull min għandu l-Malti għal qalbu u jfittex li jikkomunika tajjeb li lsienna, fosthom: • l-istudenti f’livelli differenti li minbarra li jridu jkunu kapaċi jaqraw u jifhmu, huma mistennija jitħaddtu u jiktbu b’Malti tajjeb u idjomatiku; • l-istudenti li ma jafux il-Malti imma jixtiequ jitgħallmu l-vokabolarju ta’ temi partikolari; • il-ġenituri li jixtiequ jsaħħu l-vokabolarju tagħhom biex jgħinu lil uliedhom; • l-għalliema li skont l-LFO għandhom jgħinu lill-istudenti jikkonsultaw f’teżawru; • il-kittieba, it-tradutturi, ix-xandara, il-ġurnalisti u kull min juża l-Malti biex jikkomunika.   Ukoll, għall-ewwel darba fi ktieb Merlin, it-teżawru fih verżjoni online. Fil-ktieb stampat issibu kodiċi uniku li bih taċċessaw it-teżawru online. L-istruzzjonijiet kollha ssibuhom fil-ktieb stampat. * Il-verżjoni online xogħol Kurt Ellul, u ġiet iffinanzjata mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
Dwayne Ellul was born in Senglea, where he lived for 26 years and will forever say he’s from even though he’s now moved elsewhere. He’s a librarian and Maltese teacher in a state school. For a number of years he had the pleasure of seeing the faces of adult students light up as he taught them to read and write in Maltese. He’s formed part of various editorial boards, led courses and is the editur and one of the coordinators of the glossary section on malti.mt, a site run by the Maltese Department within the University of Malta. Instead of cash, he hoards synonyms - as many as he can fit into his thematic thesaurus Kelma għal Kelma. He reads a lot of books that have no cover — being still at manuscript stage — with a red pen in hand, crossing out, marking and tweaking to eliminate as many typos as possible … although the occasional one does slip through, according to him. As a break from proofreading or translating into Maltese, he likes to spend time with his plants — as they can be relied on not to contradict him. He’s married and has a daughter.
View Profile
View Pdf