Shop

  • img-book

    Audrey Friggieri, Clarissa Sammut Scerri,

Karolina, Ferdi u s-saħħar il-ħażin

by : Audrey Friggieri, Clarissa Sammut Scerri

7.95

Quantity:
ISBN: 9789918240029
Cover: paperback
Age: 6-10
Illustrator: Kyle Xuereb Cunningham
Publication Date : 2022
Page Count : 32
Ninsabu fl-univers Urk, fejn hemm tifla jisimha Karolina li għandha missierha jinbidel xi drabi, u jsir xi ħadd li hi ma tafx … Issa waslu l-vaganzi! U Karolina għandha eċitament kbir biex tmur lura d-dar fuq il-pjaneta Inkar, u hemmhekk terġa’ tara lill-mamà, lill-papà u lil ħuha ċkejken Remi. U l-ħabib tagħha Ferdi sejjer magħha! Meta waslu iżda, skoprew li xejn ma kien se jkun kif xtaqu huma …   Proġett kofinanzjat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

ISBN: 9789918240029
Illustrator: Kyle Xuereb Cunningham
Publication Date: 2022
Page Count: 32

  • Reviews(0)
  • Against the expectations of most, Audrey Friggieri communes with her pet witch posing as a cat, speaks to her plants, reads compulsively and is besotted with discovering hidden treasures. She enjoys swimming, taking walks in the rain, especially by the sea and staring at the clear night skies in the hope of receiving a sign from ‘out there’. She can often be seen sipping wine, running and playing tennis. But firmly believes in doing something scary every now and then.
    View Profile
    Clarissa Sammut Scerri hija lettriċi fid-Dipartiment tal-Istudji tat-Tfal u l-Familja fl-Università ta’ Malta. Hija psikologa, terapista tal-familja u systemic supervisor, kif ukoll tmexxi l-kors tal-Master fit-Terapija tal-Familja u Systemic Practice. Il-qasam tar-riċerka tagħha jinkludi l-impatt tal-vjolenza domestika fuq il-membri tal-familja, partikolarment kif it-tfal jiġu affettwati meta jkunu qed jgħixu f’realtà ta’ familja fejn hemm il-vjolenza domestika. Clarissa ppreżentat ir-riċerka tagħha f’varji konferenzi lokali u internazzjonali fosthom il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ewropa. Hija l-koawtriċi ta’ numru ta’ artikli kif ukoll il-ktieb “Intervening after violence: Therapy with couples and families” ma’ Arlene Vetere, Angela Abela u Jan Cooper. Hija tħobb tintilef fin-natura, tqatta’ l-ħin mal-familja u mat-tlett iqtates u żewġt iklieb tagħha, tpinġi, tivvjaġġa u taqra. Ritratt: The People of Malta
    View Profile
    View Pdf