“Bejn kafè l-Belt, permessi m’għand il-MEPA, religio et patria u Soċjalisti sexy, l-istorja ta’ Flask hi forsi iktar veritiera minn dik li mingħalina nafu.” – Claire Bonello
Robert, dak il-beżqa li kien fil-klassi miegħi. Kien tela’ sparat dak minn Tas-Sliema eh, bis-saħħa ta’ missieru kien qala’ lil tnejn mill-antiki.
Sitting opposite, with enough glee I want to punch him, is that Daniel Borg who was at school with me. He’s in the mould of these new Labour poster boys, clean-shaven, blue tie, very able to navigate through the rapids with a ton of bullshit strapped to his waist.
Daniel u Robert għadhom kif bdew jagħmlu l-ewwel passi fil-politika. Avversarji iżda kollegi, differenti iżda fotokopji. Ipoġġu fuq naħat differenti tal-Parlament ta’ pajjiż li ma jafx xi jrid, minn fejn ġie u fejn hu sejjer.
Imma Daniel u Robert jafu sew fejn sejrin, u jafu wkoll li qalb il-ħurrieq li jikber fil-Parlament, is-sriep ħadd mhu se jarahom.
Li ma jafux, Daniel u Robert, hu li ’l fuq minnhom, fit-torrijiet, hemm l-id li qed tmexxi, tikkonsolida u tħejji għall-ġejjieni.
It-torrijiet iwaddbu dell fuq Malta moderna. Ħadd minn dawk li jħarsu ’l fuq lejhom ma jaf iwieġeb mistoqsija waħda: minn fejn ġejjin il-flus?
“Tidħaq … sa ma d-daħq jinbidel fi tħassib … Flask iħalli ’l-qarrej b’nifsu maqtugħ sal-gran finale fejn ma tkunx taf x’laqtek.” – Ramona Depares
Wayne Flask
Wayne Flask, awtur u satirist, in-nofs moħħ wara Satiristan u aktar tard Leħen id-Dnewwa, iddebutta ġewwa t-Teatru Manoel bid-dramm Sibna ż-Żejt! (2015). Wara li wiegħed lilu nnifsu li qatt ma jtenni l-esperjenza teatrali, ippubblika l-ewwel rumanz tiegħu, Kapitali (2017). Fost l-influenzi tiegħu hemm Irvine Welsh, Frankie Boyle u Armando Iannucci. Fuq il-komodina ħdejn is-sodda, iżomm statwetta tal-attur Taljan Corrado Guzzanti. Tistaqsuhx għala.
“Wayne has, once again, turned the phrase ‘political satire’ on its tail, giving readers a work that mirrors real events in Malta so closely that one begins to wonder. Knowing that the book was written well before the last election period, the question begs itself: is Wayne possessed of some sort of crystal ball that he predicts political shenanigans so disturbingly accurately.”— Ramona Depares interviewing Wayne Flask for The Sunday Times of MaltaRead the full interview here: “We have stopped producing gentlemen in politics”“Flask’s pen power lies in his humour. Basically, he spares no one and nothing: from politicians, to Mepa, to contractors and even the pre-election rallies under tents. But it is the hilarious blend of his fictional characters with the real ones, MPs, journalists, television personalities we see every day, which makes for the most compelling reading.”— “Kapitali: welcome to the real new way of doing politics”, The Malta Independent