IXTRI

  • img-book

    Clare Azzopardi

Kalejdoskopju 6

ta' : Clare Azzopardi

7.50

Kopji:
ISBN: 9789990913118
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 6-10
Pubblikazzjoni : 2008
Paġni : 64
Ktieb ta' taħriġ il-fehem għas-sitt sena tal-primarja Jekk int fis-sitt sena tal-primarja, dan il-ktieb huwa kollu kemm hu għalik. Ktieb li se jgħinek ittejjeb il-ħiliet tal-qari u tal-fehem. Fih se ssib 20 silta li qed jistennewk taqrahom. Hemm eżerċizzji differenti marbuta magħhom, fosthom: Veru jew Falz, Fisser, Imla l-Vojt, Wieġeb u Sib Kelma Oħra Flok. Is-siltiet inkitbu minn awturi differenti u allura kollha għandhom l-istil partikolari tagħhom. Fost l-awturi hemm Trevor Żahra, Lillian Sciberras, Rita Saliba, Pierre J. Mejlak u ħafna oħrajn. Huma siltiet friski u eċitanti, eżatt kif jogħġbu lilek. Uħud mis-siltiet huma fittizji, filwaqt li oħrajn mhumiex fittizji. Dan il-ktieb se jgħinek tħaddem il-kapaċitajiet tiegħek tal-qari, tifhem dak li qed taqra, twieġeb il-mistoqsijiet fuq dak li tkun qrajt, u jekk jinteressak is-suġġett, hemm ukoll sezzjoni li tħeġġek tfittex, taħseb, tiddiskuti u tikteb iktar dwaru.
Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
View Profile
View Pdf