IXTRI

  • img-book

    Clare Azzopardi

Kalejdoskopju 4

ta' : Clare Azzopardi

7.50

Kopji:
ISBN: 9789990913248
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 6-10
Pubblikazzjoni : 2009
Paġni : 64
Ktieb ta' taħriġ il-fehem għar-raba' sena tal-primarja Kemm hawn stejjer sbieħ! Kollha friski friski qishom għadhom ħerġin mill-forn. Kalejdoskopju 4 jgħinek ittejjeb il-kapaċitajiet tiegħek tal-qari, tas-smigħ, tat-taħdit u tal-kitba. Ma' kull silta se ssib għadd ta' eżerċizzji li tkun tista' taħdimhom fil-klassi jew id-dar, waħdek jew ma' sħabek. Dawn l-eżerċizzji qegħdin hemm biex jgħinuk taħseb fuq dak li tkun qrajt. Fost il-ħafna awturi ta' dan il-ktieb għandek issib lil Trevor Żahra, Dunstan Hamilton, Adrian Grima, Loranne Vella, Vivian French u Lynne Reid Banks.
Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
View Profile
View Pdf