It-tielet ktieb – tant mistenni – fis-saga tal-aħwa De Molizz u t-tfal ta’ Frulli Frilli
U hekk spiċċa l-każ ftit dubjuż
b’Ludmilla u Saver il-pompuż.
Jekk għadek ma bdejtx
u l-paġni ma flejtx,
qed ngħidlek, Saver diżastruż!
Clare Azzopardi
Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.comAra aktar