IXTRI

  • img-book

    John A. Bonello

Jien, Wieħed Minnhom (2) | eBook

ta' : John A. Bonello

9.00

Kopji:
ISBN: 9789990918786
Qoxra: eBook
Età: adults
Pubblikazzjoni : 2015
Paġni : 224

Verżjoni eBook

Innota li m’intix qed tixtri ktieb stampat. Qed tixtri ktieb elettroniku (ebook) li tista’ taqra fl-app tagħna għall-mowbajl u t-tablet (iOS jew Android). L-istruzzjonijiet biex tniżżel l-app issibhom fl-email ta’ konferma li tirċievi wara li tagħmel l-ordni. Jekk jogħġbok uża l-istess email kemm biex tixtri l-ebook kemm biex tirreġistra għall-app.   It-tieni ktieb fid-duoloġija Unus Mundus, ikompli wara Fil-Mergħat tal-Impossibbli Din id-darba sab ruħu fl-2056, fil-Labrador, fit-tramuntana tal-Canada. Madwar Steve, ’il fuq minn erbat elef attivist tal-Front Row — u ħabib antik. Sejrin ilkoll Greenland biex taħt l-ilwien imsaħħra tal-aurora jbiddlu l-ġejjieni tal-umanità, billi jwaqqfu bniedem li qed jagħmel ħsara lid-Dinja. Iżda f'din il-mergħa, mhux kollox faċli daqskemm jidher. Steve Ebejer, is-Serafin, irid jipprova jifhem x'inhu mitlub minnu filwaqt li jikkontrolla l-ħiliet tiegħu li qegħdin dejjem aktar jissaħħu. U jrid jagħmel hekk mingħajr ma jiżbalja għax issa jaf li sar tard wisq. Il-vjaġġ li beda Fil-Mergħat tal-Impossibbli issa jrid jintemm hawnhekk

John A. Bonello twieled f’lejl ta’ qamar kwinta fl-istess sena li George Lucas beda jaħdem fuq l-ewwel film ta’ Star Wars. Fost il-kotba li kiteb hemm it-triloġija Il-Logħba tal-Allat, id-duoloġija għall-adulti Unus Mundus, u s-sensiela għat-tfal Irvin Vella: Investigatur Virtwali. Rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ħames darbiet, għandu fekruna jisimha Yoda u meta jikber jixtieq irabbi dachshund u jsemmih Dog. Jgħix biex jikteb u jikteb biex jgħix.

View Profile
View Pdf