IXTRI

  • img-book

    Clare Azzopardi, Beppe Caruana,

Jien u Beppe. Beppe u Jien

ta' : Clare Azzopardi, Beppe Caruana

7.95

Kopji:
ISBN: 9789918240142
Qoxra: paperback
Età: 6-10
Illustratur: Kyle Xuereb Cunningham
Pubblikazzjoni : 2022
Paġni : 36
“Jien u Beppe qattajna sena nibagħtu l-emails lil xulxin. F’dawn l-emails qsamna l-ferħ tagħna, id-dwejjaq u l-biżgħat. Lili jogħġbuni ċerti affarijiet u lil Beppe, li huwa awtistiku, jogħġbuh affarijiet oħra. Ġieli nibżgħu mill-istess ħaġa u ġieli le. Jien u Beppe għandna ħafna similaritajiet imma għandna wkoll ħafna differenzi. Dan il-ktieb huwa tagħna. Tiegħi u ta’ Beppe. Ta’ Beppe u tiegħi.” Proġett iffinanzjat mill-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur

ISBN: 9789918240142
Illustratur: Kyle Xuereb Cunningham
Pubblikazzjoni: 2022
Paġni: 36

  • Reċensjonijiet(0)
  • Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
    View Profile
    Beppe Caruana hu tfajjel awtistiku li joħlom li xi darba sseħħ il-veru inklużjoni f’Malta. Jemmen li għandu jaħdem biex tinħoloq aktar kuxjenza kontra d-diskriminazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà. Għandu namra għall-kotba tat-tfal li jitkellmu kontra l-inġustizzji, u jħobb l-ikel, l-għawm u s-safar.
    View Profile
    View Pdf