IXTRI

  • img-book

    Clare Azzopardi

Jake Cassar Jiġġieled l-Aħħar Battalja (10)

ta' : Clare Azzopardi

4.95

Kopji:
ISBN: 9789990914917
Qoxra: paperback
Età: 6-10
Pubblikazzjoni : 2015
Paġni : 64
Is-sensiela dwar l-inimitabbli Jake Cassar u d-dinjiet maġiċi kollha Naħseb li din hija l-aħħar storja li se nirrakkontalek. L-aħħar battalja, l-aħħar avventura. X'aktarx li hija wkoll l-iktar waħda li se ssammrek mas-siġġu. Int qatt rajt mostru kbir ħafna? Qatt iġġilidt b'xabla tqila? F'dan il-ktieb se jkolli niġġieled lill-mostru tal-ilma, lill-Isturduti u fuq kollox lir-Reġina Fidelja. Imma miegħi se jkolli ħafna ħbieb jgħinuni. - Jake L-għaxar u l-aħħar ktieb f'dis-sensiela għal qarrejja żgħar
Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
View Profile
View Pdf