Availability: In Stock

Iżżewwiġt Vegana

Fausto Brizzi Translator : Ludvic Azzopardi Ferrando
SKU: 9789990916904

14.00

3-for-2 on your favourite books! Buy 2 books, get the 3rd one FREE!
Compare
ISBN: 9789990916904
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 2017
Numru ta’ paġni : 160
Tags: , ,

L-avventuri traġikomiċi ta’ onnivoru, li jiżboxxla wara mara mdorrija tiekol affarijiet li għalih tajbin biss għall-mogħoż u n-nagħaġ. Ktieb li jqanqal tbissima fuq waħda mill-ossessjonijiet tal-middle class moderna: l-ikel tajjeb għas-saħħa u moralment aċċettabbli.

Iż-żwieġ ma’ vegana jwassal għal konsegwenzi li ma tistenniex. Taf issib ruħek fuq it-terrazzin tmaxtar il-ħaxix minn ġo qasrija. Issir taf ukoll, li biex iżżomm din id-dieta tiġi bżonn balla enerġija u — min jaf għaliex? — flus. Affarijiet li jqabbduk nervi ta’ vera, iżjed u iżjed meta wara xhur ta’ torturi, b’sorpriża u kważi b’tikazzjoni jkollok tammetti li għall-ewwel darba f’ħajtek ir-riżultati mediċi joħorġu perfetti. Hu x’inhu, l-istorja bejn Fausto u Claudia tispiċċa tajjeb, fis-sens li Claudia tirbaħ (tiġri bih, jekk irridu nkunu preċiżi) u Fausto jċedi (mingħajr ebda dinjità). Biss, proprju lejn l-aħħar, titfaċċa kumplikazzjoni: il-wasla ta’ tarbija. Fausto se jkollu qalb irabbiha vegana mit-twelid?

Nirrakkomandaw