IXTRI
Kategoriji
X

-
Carmel G. Cauchi
Iżjed Bawxati ta’ Pietru Pitravu
ta' : Carmel G. Cauchi€7.00
ISBN:
9789990913637
Kategorija:
Children's Books, Stejjer qosra u novelli
Qoxra:
paperback
Età:
9-14
Illustratur:
Frank Schembri
Pubblikazzjoni : 1977
Paġni : 112
About This Book
F'dan il-ktieb insibu għaxar stejjer umoristiċi oħra dwar Pietru Pitravu, it-tifel imqareb li jġagħlek tidħak bil-bawxati li jagħmel.
Dawn l-istejjer huma ambjentati fis-snin ħamsin meta fil-klassijiet tal-iskola primarja ma kienx ikun hemm bniet u subien flimkien, għax dawn kienu jitgħallmu fi skejjel separati. Flok imwejjed u siġġijiet it-tfal kellhom bankijiet tal-injam, u kienu jiktbu bil-pinen u l-klamari. Wara n-nofstanhar ta' filgħodu kienu jmorru d-dar u jerġgħu lura l-iskola fis-2.00pm. U f'dan l-ambjent Pietru kien joħloq bawxata wara l-oħra fejn daqqa jmur minn taħt u daqqa jmur minn fuq.
ISBN: 9789990913637
Illustratur: Frank Schembri
Pubblikazzjoni: 1977
Paġni: 112

Carmel G. Cauchi hu msieħeb fl-Għaqda Poeti Maltin, fl-Għaqda tal-Malti (Università) u fl-Akkademja tal-Malti. Kien bosta drabi ppremjat f’konkorsi letterarji u ngħata fost l-oħrajn il-premju prestiġjuż Città di Valletta għall-poeżija fl-1986. Għal tliet darbiet ingħata t-trofew għall-aħjar skript oriġinali fil-Festival ta’ Drama għall-Iskejjel. Għal erba’ darbiet kien fost ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.
Nirrakkomandaw