IXTRI

  • img-book

    Karl Schembri

It-tifel li salva d-dinja (Tikka Qari Livell 12)

ta' : Karl Schembri

4.95

Kopji:
ISBN: 9789990918571
Qoxra: paperback
Età: 6-10
Illustratur: Alice Samuel
Pubblikazzjoni : 2017
Paġni : 32

Parti mis-sensiela “Tikka” għall-Malti fil-primarja

Sensiela ġdida għall-qari bil-Malti, imfassla tematikament u torbot ma’ Tikka Malti. Is-sensiela kollha hi miġbura f’livelli differenti, ilkoll gradati skont kriterji ċari u utli għall-għalliema.

Darba kien hemm tifel bla ħbieb ħlief għal dawk li jistaħbew fil-gwardarobba f’kamartu. U x-xemx. Kien iħobbha wisq ix-xemx. U hi wkoll. Tant kienet tħobbu li ddeċidiet li tiġi żżuru kontra kull parir tal-pjaneti l-oħra.

Din hija l-istorja tat-tifel u x-xemx, u kif imħabbithom taqleb kollox ta’ taħt fuq għal kulħadd. Inkluż il-qniefed, il-kokki, il-friefet il-lejl, il-ħallelin u l-vampiri.

Dan il-ktieb jorbot ma’ Tikka Malti 5a
(Tema: ispirat minn “Is-supereroj”)

ISBN: 9789990918571
Illustratur: Alice Samuel
Pubblikazzjoni: 2017
Paġni: 32

  • Reċensjonijiet(0)
  • Karl Schembri huwa l-awtur ta’ rumanzi, novelli u poeżiji bil-Malti u bl-Ingliż. Xogħlijiet tiegħu ġew tradotti u ppubblikati bl-Għarbi, l-Ispanjol, il-Franċiż u r-Rumen. Ex-ġurnalist, qatta’ erba’ snin fl-Istrixxa ta’ Gaża, l-ewwel jaħdem ma’ aġenzija tal-aħbarijiet Palestinjana u mbagħad bħala uffiċjal tal-midja mal-Oxfam. Preżentement jgħix f’Amman, il-Ġordan, ma’ martu Simine, mal-qtates Mario u Munzer, u mal-kelb Mitti. Jaħdem bħala konsulent tal-midja għal-Lvant Nofsani mal-Kunsill Norveġiż għar-Rifuġjati, xogħol li jieħdu f’uħud mill-aktar postijiet ta’ kunflitt mixgħul fosthom is-Sirja, il-Jemen, il-Palestina, l-Iraq u l-Libanu. (ritratt: Simine Alam)
    View Profile
    View Pdf