L-ewwel volum fit-triloġija Il-Logħba tal-Allat
Hemm xi mkien fejn iż-żmien ma jgħaddix kif nafuh aħna.
Hemm post fejn jgħammar ġens bi ġrajja mhux tas-soltu, post li ilu eluf ta’ snin mistur u minsi. Iżda issa wasal iż-żmien li tissokta l-logħba tal-allat, u dak li kien moħbi, jibda jinkixef.
Xon, Marku u Riku sabu dan il-post …