Ġabra ta’ novelli soċjo-politiċi — satira qawwija, miktuba fit-tmeninijiet, minn Trevor Żahra
Gringu, il-bejjiegħ tal-gazzetti, Kieli u Ċensa ta’ Wied il-Magħqad, Ċikku ta’ Sosa, Bittu bi snienu tad-deheb u Lorry, li marad dakinhar tal-istrajk … ilkoll qed jaħdmu biex pajjiżna jsir It-Tmien Kontinent.
jinkludi “Trid Kukkarda Ħamra f’Ġieħ il-Biża’?”
Trevor Żahra
Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com