Availability: In Stock

Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi

Alex Vella Gera
SKU: 9789990914337

15.00

Compare
ISBN: 9789990914337
Kategorija:
Qoxra: paperback
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 2012
Numru ta’ paġni : 528
Tag:

Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Il-ktieb li għamel kjass ma’ Malta kollha

Imxejt qisu ma ġara xejn. F’moħħok kontinwament l-istess sitt kelmiet. Oh my God I killed him. Oh my God I killed him. Qalbek kważi splodiet f’sidrek xħin għaddiet karozza tal-pulizija minn ħdejk.

L-1986. Komplott biex jiġi assassinat Dom Mintoff. Missier ta’ żewġ subien jivvjaġġa minn Malta għal Londra u lura Malta tramite Sqallija. Tletin sena wara, kollu mistoqsijiet bla tweġibiet, ibnu – ormai adult – jaħbat rasu mal-passat, u jinġarr mill-kurrenti tal-kilbiet tiegħu.

Ok love, no problem. No better way to land in Malta than straight in my bed 😉

Malti maqsum bejn żewġ lingwi, isib ruħu maqbud f’Malta mibdula għalkollox iżda xorta fi kriżi.

With democracy it’s impossible to have ambitious projects. Kollox medjokri jaħasra.

Is-serp rasu trid taqtagħlu biex toqtlu, u mhux denbu, inkella jibqa’ jferfer.

Nirrakkomandaw