IXTRI

  • img-book

    John A. Bonello

Is-Sitt Aħwa (3) | eBook

ta' : John A. Bonello

9.00

Kopji:
ISBN: 9789990915099
Qoxra: eBook
Età: 13-18, adults
Pubblikazzjoni : 2012
Paġni : 336

Verżjoni eBook

Innota li m’intix qed tixtri ktieb stampat. Qed tixtri ktieb elettroniku (ebook) li tista’ taqra fl-app tagħna għall-mowbajl u t-tablet (iOS jew Android). L-istruzzjonijiet biex tniżżel l-app issibhom fl-email ta’ konferma li tirċievi wara li tagħmel l-ordni. Jekk jogħġbok uża l-istess email kemm biex tixtri l-ebook kemm biex tirreġistra għall-app.   Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Rebbieħ: l-Aqwa Disinn ta' Ktieb bil-Malti fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb It-tielet volum fit-triloġija Il-Logħba tal-Allat L-Imxajtan fl-aħħar ħareġ minn fejn eluf ta' snin ilu safa msakkar minn ħutu stess. L-għan tiegħu li jkun mill-ġdid setgħan fuq kollox u fuq kulħadd. Iżda jonqsu xi ħaġa li mingħajrha ma jista' qatt ikun sħiħ. U qed ifittixha. Taħt il-kmand ta' Baàl, Sultan tad-Dlamijiet u alla tal-ħin, Ulied il-Lejl bdew jinġabru fuq id-dinjiet kollha sabiex iwieġbu għas-sejħa tal-imgħallem tagħhom. Minn fejn jgħaddu, iħallu biss ħerba u mwiet. U l-logħba, kif se tintemm? U Baàl, li kien għadda magħhom f'Siì, issa fl-aħħar ħieles minn jasar t'eluf ta' snin, żamm bi tbatija kbira bilwieqfa u qagħad iħares lejn il-ġlieda mill-bogħod, minn wara s-siġra li kien staħba warajha kif waslu, u tbissem għax kollox kien mar kif xtaq.

John A. Bonello twieled f’lejl ta’ qamar kwinta fl-istess sena li George Lucas beda jaħdem fuq l-ewwel film ta’ Star Wars. Fost il-kotba li kiteb hemm it-triloġija Il-Logħba tal-Allat, id-duoloġija għall-adulti Unus Mundus, u s-sensiela għat-tfal Irvin Vella: Investigatur Virtwali. Rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tliet darbiet, għandu fekruna jisimha Yoda u meta jikber jixtieq irabbi dachshund u jsemmih Dog. Jgħix biex jikteb u jikteb biex jgħix.

View Profile
View Pdf