Storja tal-Milied b’differenza, ktieb bl-istampi li ma jistax jonqos f’kull dar Maltija bit-tfal.
Santa Klaws qam ma jiflaħx u ma setax imur iqassam ir-rigali. Allura floku marret is-Sinjura Klaws. In-nebbiexa kellhom iħitu libsa apposta għaliha u jgħallmuha ħafna affarijiet oħra … Lejlet il-Milied, is-Sinjura Klaws qabdet l-ixkora bir-rigali, il-lista tat-tfal u telqet.
Wara li qassmet ir-rigali kollha, indunat li t-tfal mhux kollha kienu fil-lista. X’seta’ ġara? Tgħid għaliex? Qagħdu psataż u mqarbin?
Clare Azzopardi
Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.comAra aktar