IXTRI

  • img-book

    Clare Azzopardi, Rachel Portelli,

Is-Simar (Tikka Qari Livell 3)

ta' : Clare Azzopardi, Rachel Portelli

3.50

Kopji:
ISBN: 9789990915839
Qoxra: paperback
Età: 0-7
Pubblikazzjoni : 2016
Paġni : 16

Parti mis-sensiela "Tikka" għall-Malti fil-primarja

Sensiela ġdida għall-qari bil-Malti, imfassla tematikament u torbot ma' Tikka Malti. Is-sensiela kollha hi miġbura f'livelli differenti, ilkoll gradati skont kriterji ċari u utli għall-għalliema.

Il-papà se jeħodna s-Simar. X'se naraw?

It-tema ta' dan il-ktieb: Il-kampanja (minn Tikka Malti 1b)

Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
View Profile
Xi snin ilu, Rachel Portelli refgħet u telqet mill-karriera ta’ fiżjoterapista l-isptar biex tfittex xogħol iżjed kreattiv. Il-kreattività sabitha fid-dinja tal-kotba. U minn dakinhar, kif jgħidu, qatt ma ħarset lura. Fost il-ħafna rwoli li kopriet s’issa, kien hemm l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet tal-kotba għall-tfal, konsulenza fuq kotba tal-iskola, kordinazzjoni tal-maġġorparti mill-kotba tal-iskola ppubblikati mill-Merlin, u anki kitba u addattamenti għall-Malti ta’ testi għaċ-ċkejknin nett. Rachel hija l-oażi ta’ kalma x-xogħol, possibbilment riżultat tal-ħiliet organizzattivi tagħha … jew inkella ġejja mill-imħabba tagħha għall-ġardinaġġ.
View Profile
View Pdf