Innota li m’intix qed tixtri ktieb stampat. Qed tixtri ktieb elettroniku (ebook) li tista’ taqra fl-app tagħna għall-mowbajl u t-tablet (iOS jew Android). L-istruzzjonijiet biex tniżżel l-app issibhom fl-email ta’ konferma li tirċievi wara li tagħmel l-ordni. Jekk jogħġbok uża l-istess email kemm biex tixtri l-ebook kemm biex tirreġistra għall-app.
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Rebbieħ: Lisa Falzon għall-Aqwa Illustrazzjonijiet fi Ktieb għat-Tfal fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
L-ewwel misteru għal investigatur ġdid fil-letteratura Maltija għat-tfal: Irvin Vella
Fil-villa tal-Barunessi Manduca qed jiġru bċejjeċ strambi.
Bniedem wieħed biss jista’ jsolvi l-misteru.
X’aktarx jismu Irvin Vella.
John A. Bonello
John A. Bonello twieled f’lejl ta’ qamar kwinta fl-istess sena li George Lucas beda jaħdem fuq l-ewwel film ta’ Star Wars. Fost il-kotba li kiteb hemm it-triloġija Il-Logħba tal-Allat, id-duoloġija għall-adulti Unus Mundus, u s-sensiela għat-tfal Irvin Vella: Investigatur Virtwali. Rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ħames darbiet, għandu fekruna jisimha Yoda u meta jikber jixtieq irabbi dachshund u jsemmih Dog. Jgħix biex jikteb u jikteb biex jgħix.