Availability: In Stock

Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa | eBook

Nadia Mifsud
SKU: 9789990918960

10.00

Compare
ISBN: 9789990918960
Kategorija:
Qoxra: eBook
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 2017
Numru ta’ paġni : 160
Tags: ,

Verżjoni eBook

Innota li m’intix qed tixtri ktieb stampat. Qed tixtri ktieb elettroniku (ebook) li tista’ taqra fl-app tagħna għall-mowbajl u t-tablet (iOS jew Android). L-istruzzjonijiet biex tniżżel l-app issibhom fl-email ta’ konferma li tirċievi wara li tagħmel l-ordni. Jekk jogħġbok uża l-istess email kemm biex tixtri l-ebook kemm biex tirreġistra għall-app.

 

Rumanz rebbieħ tal-kompetizzjoni letterarja #abbozz

Din l-istorja ta’ Abigail — suppost.

Fil-verità, imma, hija wkoll l-istorja — jew għall-inqas biċċa mill-istorja — ta’ Abigail u Aron, ta’ Abigail u Sonia, ta’ Abigail u Vince, u fuq kollox, ta’ Abigail u ommha.

Le, żomm.

Din l-istorja hija ta’ Abigail skont ommha. Kobba mħabbla, Abigail. U ommha ilha snin tipprova ssib irkaptu tat-trufijiet kollha. It-trufijiet ta’ bintha, imma mhux biss. Immermra din l-omm. Konvinta li hi wkoll għandha x’taħti. Tixtieq treġġa’ lura ż-żmien, tħoll il-kliem li ntqal. Persważa li l-ħajt bejnha u bejn bintha kien jinħatt kieku hi mxiet mod ieħor. Anzi. X’aktarx qatt ma kien ikun hemm ħajt, u Abigail ma kinitx tispiċċa kif spiċċat. U Sonia … x’kien jiġri kieku Sonia tkellmet?

Segwi intervista mal-awtriċi, hawnhekk.
(mill-programm ‘Wiċċ imb wiċċ’ imtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb)

Nirrakkomandaw