IXTRI

  • img-book

    Antoinette Borg, Anthony Portelli,

Innuendo

ta' : Antoinette Borg, Anthony Portelli

16.00

Kopji:
ISBN: 9789990918038
Qoxra: paperback
Età: adults
Pubblikazzjoni : 2019
Paġni : 336
Darba waħda Ruth talbet lil James biex jisparalha. Flavia neħħiet kull mera li kellha fid-dar. Lil John ġrew warajh bil-ġebel fit-telgħa ta’ Raħal Ġdid, u Turu ħalla l-majjali bil-ġuħ. Miguel kien f’dar ta’ klijenta u fetaħ kexxun li ma kellux jiftaħ, u erbat iħbieb poġġew tarbija f’basket tax-xiri. Kultant il-kliem li ma jingħadx jaf jirrakkonta stejjer iktar minn dak li jingħad. Kultant il-kliem ma jgħid xejn u l-istorja ssibha fil-vojt ta’ bejn il-linji. Kultant trid taqra ħarsa, ċaqliqa, demgħa, tegħmiża. Għax il-ħajja mimlija innuendos … Esperiment oriġinali ta’ letteratura kollaborattiva: 12-il storja, miktuba bi sħab minn żewġ awturi rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u tal-Premju Francis Ebejer, li jispazjaw tul firxa wiesgħa ta’ pajjiżi, relazzjonijiet u emozzjonijiet. Stejjer, daqqa ħassieba u daqqa ħalliema, li jreġġgħuna għall-pjaċir tal-qari.

Kap. 1: Antoinette titgħallem taqra ta’ erba’ snin. Tiġġennen fuq il-kotba.

Kap. 2: L-iskola tħobb tikteb il-poeżiji, tidħaq biċ-ċajt vojt, u sħabha jlaqqmuha “Entużjażmu”. Toħlom li xi darba tikteb ktieb.

Kap. 3: Antoinette tisserja, issir accountant u tibni karriera bħala konsulenta. Intant, tiltaqa’ ma’ Brian, jinħabbu u jiżżewġu.

Kap. 4: Antoinette issir omm, tibda tirrakkonta l-istejjer lit-tfal, u tiftakar li xi darba kellha tikteb ktieb.

Kap. 5: Tikteb ktieb u ssemmih Fittixni.

Kap. 6: Tikteb it-tieni wieħed, irebbaħha premju, u tibda t-tielet.

Kap. 7: Ikompli …

View Profile
Anthony Portelli tħarreġ fil-kitba tad-drama l-MTADA fl-1986. Illum huwa meqjus bħala veteran fil-kitba għat-teatru – kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż – b’numru ta’ rappreżentazzjonijiet imtella’ tul medda ta’ snin. Anthony rebaħ l-ewwel premju fil-konkors Francis Ebejer għad-dramm Ħajja mill-Ġdid fl-2001, mill-ġdid għar-radjudramm Kiesaħ u Biered fl-2011 u t-tieni premju bir-radjudramm Lippu d-Doggie (2012). Għat-television, Anthony tella’ tliet xogħlijiet qosra fis-sensiela “Stejjer Qosra” fuq One TV bl-isem Chalì, Rikba bla Ħlas u L-Invażjoni Bdiet. Ittella’ ukoll fuq TVM it-teledramm tiegħu Ħelsien. Id-drammi Il-Borg Pisani, Ċella Nru 5, Ħajja mill-Ġdid u r-radjudramm Kiesaħ u Biered ġew ippubblikati. Anthony huwa l-akbar fost tlettax-il aħwa, joqgħod il-Fgura u issa nannu ta’ tlieta.
View Profile

“Probably the book with the best written Maltese I’ve read … the book never stopped being a page turner”
— Reċensjoni fuq goodreads.com

View Pdf