IXTRI

  • img-book

    Ġużè Stagno

Inbid ta’ Kuljum

ta' : Ġużè Stagno

10.00

Kopji:
ISBN: 9789990913354
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: adults
Pubblikazzjoni : 2009
Paġni : 152
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb "Mara bħal Mandy x'nambiha? Jien irrid mara li ttini bis-sieq. Biex meta r-relazzjoni tibda titberfel u tiżżarrat, ikolli f'min inwaħħal. Mandy mhix mara li ttini bis-sieq: Mandy tħobbni. Kultant iġġibli l-kalmanti mill-ispiżerija, ukoll. Ġo vażetti tal-plastik." Il-pubblikazzjoni ta' Inbid ta' Kuljum - id-debutt letterarju ta' Ġużè Stagno - fl-2001 mill-Minima, titqies minn bosta bħala l-punt ta' żvolta għal-letteratura Maltija kontemporanja. Aħrax u onest, giddieb u pastaż, fih ningħataw lemħa tad-dinja ta' madwarna minn għajnejn żagħżugħ li qiegħed ifittex skop għal ħajtu fl-imħabba għal mara miżżewġa. Iżda x'inhi l-imħabba, ħlief illużjoni oħra?
Ġużè Stagno twieled fil-villaġġ tas-sajd u s-sajjieda, Marsaxlokk, Malta fl-1976. Kiteb erba’ rumanzi, u qiegħed jaħdem fuq il-ħames wieħed. Ilu għall-aħħar ħames snin jgħix Brussell, fejn jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum bħala interpretu tal-konferenzi. Ir-rumanz favorit tiegħu - li qatt ma qara - hu The Life and Opinions of Tristram Shandy, Gentleman ta’ Laurence Stern. “L-aħjar rumanzi,” jgħid, xi ftit enigmatikament, “huma dawk li għadek qatt ma qrajt. Dejjem.”
View Profile
View Pdf