Minn Marsaxlokk għall-Amażonja hemm baħar jaqsam. Imma wara d-delitt faħxi li wettaq, din kienet it-triq li qabad Guglielmo.
X’wasslu biex jifred u jmewwet l-istess familja tiegħu? X’mar jagħmel fil-foresti tax-xita tal-Amażonja? Irnexxielu jsib it-tisfija li fittex?
Din hi storja qawwija dwar tifel maħkum b’għira li twasslu għal delitt ikrah. Hija storja aktarx makabra, u tibni lejn tmiem drammatiku f’art imbiegħda u primittiva.
Victor Fenech
Victor Fenech studja l-Liċeo, l-Università ta’ Malta u l-Istitut tal-Università ta’ Londra fejn stħarreġ fil-kitba u l-produzzjoni tal-kotba. L-aktar għal qalbu hi l-poeżija, kif jixhed il-ktieb ‘Victor Fenech - Il-Poeżiji’. Dis-sena ħareġ ukoll flimkien ma’ Luciano Micallef il-ktieb ‘Journey – Writings and Artworks’. Hu l-kittieb tas-serje ta’ kotba Id-Denfil għall-iskejjel primarji u għamel s-snin twal bħala editur ta’ Sagħtar, il-ġurnal maħruġ mill-Malta Union of Teachers għall-istudenti kollha. Rebbieħ bosta drabi tal-Premju Letterarju mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, fosthom għaż-żewġ traduzzjonijiet ‘Il-Profeta’ u ‘Old Folk Tales of the Maltese Islands’. Minbarra l-kotba iħobb il-mużika, l-arti, il-futbol u ċ-ċinema.