
-
Sandra Hili Vassallo
About This Book
Merlin Publishers qed jagħtu dawn il-kotba awdjo b’xejn bħala l-kontribut ċkejken tagħna għas-sitwazzjoni straordinarja li qegħdin fiha bħalissa. L-idea hi li ngħinu lit-tfal, li bħalissa qegħdin id-dar, jisimgħu Malti moqri b’mod professjonali u fl-istess ħin jesponu ruħhom għal uħud mill-aqwa letteratura Maltija għat-tfal.
Minn dil-paġna tista’ tniżżel, B’XEJN, il-ktieb awdjo IMELDINA ta’ Sandra Hili Vassallo. Kemm tagħfas “Add to cart” qisek se tixtri ktieb normali, u ddaħħal id-dettalji tiegħek, bid-differenza li l-prezz ovvjament huwa żero. Il-ħolqa għall-ktieb awdjo ssibha fil-pdf li tniżżel.
Il-ktieb awdjo huwa parti minn proġett li kien sar bil-kofinanzjament tal-Premju tal-President għall-Kreattività. Direzzjoni ta’ Josette Ciappara. Qari ta’ Ruth Borg.
Jekk tixtieq tixtri kopja fiżika tal-ktieb, bħalissa qed noffru 25% skont u tista’ ssibu minn hawn. Jasallek id-dar, posta b’xejn: https://merlinpublishers.com/product/imeldina/
U jekk jogħġbok dan il-ktieb awdjo, nitolbuk tikkunsidra tissapportja lill-pubblikaturi u lill-awturi Maltin f’dan iż-żmien diffiċli, billi titħajjar tixtri xi wieħed mis-sequels ta’ Imeldina:
Imeldina u l-imbarazz
Imeldina u l-uċuħ
Mikelin
Meta tniżżel dan il-ktieb awdjo, tkun qed tagħti l-kunsens biex inżidu l-email tiegħek mad-database tagħna biex minn żmien għal żmien ngħaddulkom informazzjoni dwar offerti ġodda. Jekk ma tixtieqx li nżiduh, kemm tgħidilna.