IXTRI

  • img-book

    Clare Azzopardi

Il-Qtates ta’ max-Xatt

ta' : Clare Azzopardi

5.95

Kopji:
ISBN: 9789990916355
Qoxra: paperback
Età: 0-7
Illustratur: Lisa Falzon
Pubblikazzjoni : 2016
Paġni : 24

Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Ktieb bl-istampi li bid-delikatezza li jafu jsawru biss id-duo Clare Azzopardi/Lisa Falzon jesplora mat-tfal l-imħabba, l-età u l-firda u t-telfien — kollox imdawwar mid-dinja misterjuża u affaxxinanti tal-qtates … il-qtates ta' max-xatt

In-nanna u n-nannu jmorru jagħtu l-ikel lill-qtates ta' max-xatt kuljum preċett. Ma jfallux ġurnata. Trid tarahom sejrin bil-bagalja antikalja mimlija ikel!
Imma darba waħda, in-nanna u n-nannu ma jmorrux … il-qtates jibqgħu jistennew u jistennew u jistennew … tgħid se jibqgħu bil-ġuħ?

ISBN: 9789990916355
Illustratur: Lisa Falzon
Pubblikazzjoni: 2016
Paġni: 24

  • Reċensjonijiet(0)
  • Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
    View Profile
    View Pdf