About This Book
Avventura ġdida għat-tfal mill-pinna ta' Ġorġ Mallia
"Kont naf biss li jismu l-Professur Għasfur … Li naf hu li dħalt f'biċċa tinkiteb minħabba fih. Storja ta' avventura li qatt ma immaġinajt li se ngħaddi minnha. Periklu kbir. Twerwir. Meravilji. Ħlejjaq li jaqtgħuk minn sidrek bil-biża'! Imma wkoll ġrajjiet ta' ferħ li bħalu qatt ma ħassejt f'ħajti."
Hekk tibda l-istorja tagħha Katrin, tifla ta' ħdax-il sena, kurjuża u intelliġenti, meta tiltaqa' mal-Professur Għasfur. Dan il-ġenju misterjuż u l-fekruna tiegħu sabu mod kif jivvjaġġaw bejn id-dimensjonijiet. U bi żball Katrin tispiċċa magħhom.
ISBN: 9789990915617
Illustratur: Ġorġ Mallia
Pubblikazzjoni: 2015
Paġni: 168