IXTRI

  • img-book

    Ġorġ Mallia

Il-Professur Għasfur fl-Ispazju (2)

ta' : Ġorġ Mallia

7.00

Kopji:
ISBN: 9789990919103
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Illustratur: Ġorġ Mallia
Pubblikazzjoni : 2021
Paġni : 176
It-tieni avventura għall-Professur Għasfur … u sħabu "Kien hemm mijiet, eluf minnhom, u kull wieħed kien mimli aljeni u biżżejjed bombi biex jeqirdu d-dinja. Il-flotta qorbot dejjem aktar lejja. U taru bla formazzjoni … bl-addoċċ. Immaġinajt ħsejjes ta’ ħafna ajruplani jtiru f’daqqa, imma fl-ispazju ma kienx hemm ħoss. Taru fis-skiet, iżiġġu donnhom żnażan imnaffra, lesti biex jattakkaw l-għadu b’qilla kbira. Lesti għall-qirda. U jien kont waħdi." Pawlu, tifel li jħobb ħafna l-fantaxjenza, jiltaqa’ mal-Professur Għasfur — u dak kollu li jkun qara dwar li mingħalih hi fantaxjenza jsir ta’ veru. F’dan it-tieni ktieb dwar il-Professur, Pawlu, flimkien ma’ żewġ xjenzjati u fekruna, jispiċċa f’avventura perikoluża u eċitanti fl-ispazju.

ISBN: 9789990919103
Illustratur: Ġorġ Mallia
Pubblikazzjoni: 2021
Paġni: 176

  • Reċensjonijiet(0)
  • Lil Ġorġ Mallia jagħrfuh mit-tbissima. Jgħidu li dejjem jitbissem, imma fil-fatt, kultant jikteb xi ktieb għat-tfal ukoll (u jpenġi l-istampi fih hu stess), u kultant ikun il-kap tad-Dipartiment tal-Midja u l-Kommunikazzjoni tal-Università ta’ Malta, fejn għandu l-kariga ta’ Professur Aggregat. U xi kultant issibu wkoll jaqra (jew ipinġi) xi komik jew tnejn. L-hena tiegħu jpinġi u jirriċerka, u ma jħobb xejn aktar mill-kwiet … u l-arja friska.

    View Profile
    View Pdf