Shop

  • img-book

    Carmel G. Cauchi

Il-Praspar ta’ Mastru Gerfex

by : Carmel G. Cauchi

7.00

Quantity:
ISBN: 9789990912203
Cover: paperback
Age: 9-14
Illustrator: Frank Schembri
Mastru Gerfex hu bla dubju l-iktar bniedem popolari f'Ħal Busbies. Malli għalaq is-sittin waqaf mix-xogħol u beda bil-praspar. U xi praspar! Il-barumbati li jagħmel minn jum għal jum ma jitwemmnux. U kienu sewwasew dawn il-praspar goffi li kisbulu t-titlu eċċellenti ta' Mastru Gerfex. Kien hemm min qal li moħħ ix-xwejjaħ ħfieflu bix-xjuħija, waqt li oħrajn xerrduha li rasu tkun spiss iddur bl-inbid li jixrob. Jien ma nafx min minnhom għandu raġun, u mhix ħaġa kbira li għandhom biċċa raġun kull wieħed. Li naf żgur hu li f'Ħal Busbies in-nies kollha jħobbu u jiggostaw lil Mastru Gerfex għall-praspar li jagħmel. Insomma, mhux in-nies kollha kollha jiggostawh! Is-Surġent Sacco, ngħidu aħna, ma jistax jarah impinġi, għax mhux l-ewwel darba li tħabbel fix-xibka tal-praspar tiegħu. Anzi jħossu ċert li l-inkwiet kollu li jinqala' f'Ħal Busbies hu dejjem ħtija ta' Mastru Gerfex ... u tal-kelb tiegħu Ferfex. Oħrajn għadhom sal-lum ma jafux kif jaqbdu jiktbu x-xwejjaħ ... għax xi drabi jilgħabha tal-ikbar imbeċilli fir-raħal kollu, u drabi oħra jħaddem rasu daqs l-iprem avukat. L-aħjar hu li taqraw il-praspar tiegħu u tiġġudikaw intom.

ISBN: 9789990912203
Illustrator: Frank Schembri

  • Reviews(0)
  • Carmel G. Cauchi is a member of the Għaqda Poeti Maltin, the Għaqda tal-Malti (Università) and the Akkademja tal-Malti. He has won several awards for his writing and was given the prestigious award Città di Valletta for a poem he penned in 1986. His scripts won him the best playwright trophy at Festival ta’ Drama għall-Iskejjel, three times in a row. He was awarded the Premju Nazzjonali tal-Ktieb four times.
    View Profile
    View Pdf