IXTRI

  • img-book

    Trevor Żahra

Il-Praspar Kollha ta’ Kunċett u Marinton

ta' : Trevor Żahra

7.50

Kopji:
ISBN: 9789990916386
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni : 1983
Ktieb klassiku fil-letteratura Maltija għat-tfal Kunċett kienet qasira u ħoxna, u meta titkeffen ġol-għonella kienet tkun qisha pastur tal-presepju; pastur li għal xi raġuni jew oħra ma ħariġx sabiħ u mirqum kif kellu joħroġ. Marinton kienet għadha mserdqa u fuq tagħha. Jekk il-kappillan ilaqqa' pellegrinaġġ għall-Madonna tal-Mellieħa, jew jekk tal-Każin imorru d-dawra ta' Malta, Marinton kienet tkun lesta minn tal-ewwel fil-lista. In-nies jgħidu li Kunċett u Marinton laħqu għalqu l-mitt sena qabel ma mietu. Jien ma nafx ngħidilkom sewwasew, imma naf żgur li l-praspar baqgħu jagħmluhom sal-aħħar.

ISBN: 9789990916386
Illustratur: Trevor Żahra
Pubblikazzjoni: 1983

  • Reċensjonijiet(0)
  • Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947.  Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn!  Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex?  Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa.  S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com

    View Profile
    View Pdf