IXTRI

  • img-book

    Philip M. Magri

Il-Poeta | eBook

ta' : Philip M. Magri

8.00

Kopji:
ISBN: 9789990915174
Qoxra: eBook
Età: adults
Pubblikazzjoni : 2012
Paġni : 200

Verżjoni eBook

Innota li m’intix qed tixtri ktieb stampat. Qed tixtri ktieb elettroniku (ebook) li tista’ taqra fl-app tagħna għall-mowbajl u t-tablet (iOS jew Android). L-istruzzjonijiet biex tniżżel l-app issibhom fl-email ta’ konferma li tirċievi wara li tagħmel l-ordni. Jekk jogħġbok uża l-istess email kemm biex tixtri l-ebook kemm biex tirreġistra għall-app.   “Jekk kien hemm xi maġija fl-arja, xi ħaġa sabiħa, ruħ ta' farfett jew fjura, seta’ huwa biss jaqbadha, jaħtafha b’idejh it-tnejn jew b’id waħda, jekk mhux biex jgħixha biex jagħmilha tiegħu fil-kelma.” Tliet żgħażagħ — il-poeta, il-ħabib tiegħu tal-qalb Anton u t-tfajla li jħobb Nina — qed jibdew jagħrfu l-identità tagħhom f’dak li jagħmilhom differenti mill-oħrajn. Dan, fl-isfond storiku tat-tieni nofs tas-snin ħamsin meta Malta wkoll kienet bdiet toqrob lejn salib it-toroq għall-kisba tal-identità nazzjonali tagħha, qalb il-ġrajjiet li kellhom iwasslu għall-irvellijiet t’April, 1958.

Philip M. Magri ggradwa bħala avukat mill-Università ta’ Malta fl-2003, u minn dakinhar ’l hawn ħadem fil-litigazzjoni ċivili. Għandu wkoll Masters fis-Servizzi Finanzjarji, Masters fit-Tradizzjoni Letterarja u Kultura Popolari, u Masters tal-Filosofija fil-Liġi. Il-Poeta, influwenzat mil-letteratura modernista, hu l-ewwel rumanz tiegħu, ippubblikat mill-Merlin Publishers.

View Profile
View Pdf