Availability: In Stock

Il-parabboli tal-imġienen

Keith Borg
SKU: 9789990919561

11.95

Compare
ISBN: 9789990919561
Qoxra: paperback
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 2021
Numru ta’ paġni : 144

Finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Għajnejja bdew jidraw id-dalma. Fejn qiegħed? Kont mal-art, ċangatura naħseb, inxomm u ntiegħem it-trab.

Rat karta fuq sidri u ġabritha. Kitba mħanżra miktuba b’demm għadu frisk …

Erġajt ħassejt iż-żarżir ġo widnejja, did-darba b’aktar saħħa. Tagħrix u gdim irqiq mat-tanbur ta’ widnejja. Daż-żarżir bdejt inħossu anke fi griżmejja u ħassejtni qed nifga bil-mod il-mod.

Fid-dar trijangulari kienet tgħix mara trasparenti donnha magħmula mill-ispag.

Waqajt għarkopptejja ħdejha, nilheġ u nxomm ħlewwitha. Demgħa kaħla żżerżqet mill-għajn xellugija.

X’jiġri meta borża tal-plastik ma tkunx kuntenta b’ħajjitha?

Stejjer fejn insibu villaġġ stramb, inkontru mad-divin (forsi), Repubblika mnejka, ċess, sess u tuffieħ. L-għajnejn moħbija li dejjem josservaw il-fraġilità tal-bniedem.

Keith Borg jippreżenta ġabra ta’ stejjer qosra li jiskomodaw il-ħsieb, li jaħsdu u jniffdu lir-ruħ. Stejjer surreali li jilagħbu bl-ispag tar-realtà u l-fantasija.

Nirrakkomandaw