IXTRI

  • img-book

    Simone Spiteri

Il-Muftieħ tal-Passat – 2 (Il-Vinkulari)

ta' : Simone Spiteri

9.95

Kopji:
ISBN: 9789990918434
Kategorija: , ,
Qoxra: paperback
Età: 9-14, 13-18
Illustratur: Moira Scicluna Zahra
Pubblikazzjoni : 2017
Paġni : 224

It-tieni ktieb fis-sensiela tal-Vinkulari, wara Il-Vjaġġaturi taż-Żmien

Maia u Alex lesti u eċitati għat-tieni missjoni tagħhom bħala Vinkulari. Jum il-vinkulazzjoni kważi wasal, imma ftit ġranet qabel jitfaċċa Montego, ħabib antik tal-papà li qed jinvestiga dak li ġara fl-aħħar minuti tal-ewwel vjaġġ li għamlu fl-1942 — meta xi ħadd kien rahom jivvjaġġaw.

Fl-aħħar it-tfal imorru fil-passat biex jibdew il-missjoni l-ġdida f’Malta ta’ kważi 500 sena ilu. Hemm jibdew jindunaw li jeżistu ħafna sigrieti marbutin magħhom, mad-dinja tal-Vinkulari u ma’ muftieħ antik … sigrieti li jfixklu lil Alex u ’l Maia milli jerġgħu lura fil-preżent.

ISBN: 9789990918434
Illustratur: Moira Scicluna Zahra
Pubblikazzjoni: 2017
Paġni: 224

  • Reċensjonijiet(0)
  • Simone Spiteri bdiet tikteb id-drammi (qosra u fuq typewriter imkissra li sabet taħt it-taraġ tan-nanna) meta kienet għadha tifla żgħira. Minn dak iż-żmien l’hawn kompliet taħdem u tikteb għat-teatru u tgħallem studenti ta’ kull età. Ftit tas-snin ilu bdiet tikteb ukoll textbooks tal-Istorja u riċentament (wara ħafna snin) għamlet ftit kuraġġ u kitbet l-ewwel ktieb tagħha li biex jieħu l-ħajja m’għandux bżonn atturi, rehearsals u ħafna ġimgħat bla rqad.

    View Profile
    View Pdf