Availability: In Stock
Il-Muftieħ tal-Passat – 2 (Il-Vinkulari)
SKU: 9789990918434
€9.95 €8.96
It-tieni ktieb fis-sensiela tal-Vinkulari, wara Il-Vjaġġaturi taż-Żmien
Maia u Alex lesti u eċitati għat-tieni missjoni tagħhom bħala Vinkulari. Jum il-vinkulazzjoni kważi wasal, imma ftit ġranet qabel jitfaċċa Montego, ħabib antik tal-papà li qed jinvestiga dak li ġara fl-aħħar minuti tal-ewwel vjaġġ li għamlu fl-1942 — meta xi ħadd kien rahom jivvjaġġaw.
Fl-aħħar it-tfal imorru fil-passat biex jibdew il-missjoni l-ġdida f’Malta ta’ kważi 500 sena ilu. Hemm jibdew jindunaw li jeżistu ħafna sigrieti marbutin magħhom, mad-dinja tal-Vinkulari u ma’ muftieħ antik … sigrieti li jfixklu lil Alex u ’l Maia milli jerġgħu lura fil-preżent.