IXTRI

  • img-book

    Clare Azzopardi, Rachel Portelli,

Il-misteru tal-arloġġ: l-ewwel parti (Tikka Qari Livell 9)

ta' : Clare Azzopardi, Rachel Portelli

4.15

Kopji:
ISBN: 9789990916614
Qoxra: paperback
Età: 6-10, 9-14
Illustratur: Moira Scicluna Zahra
Pubblikazzjoni : 2017
Paġni : 32

Parti mis-sensiela "Tikka" għall-Malti fil-primarja

Sensiela ġdida għall-qari bil-Malti, imfassla tematikament u torbot ma' Tikka Malti. Is-sensiela kollha hi miġbura f'livelli differenti, ilkoll gradati skont kriterji ċari u utli għall-għalliema.

L-arloġġ tal-Kavallier qiegħed moħbi sewwa għand Ġanni. Hu, Nina u Sandro jagħmlu minn kollox biex jippruvaw isibu x’jismu l-Kavallier ħalli jtuhulu lura. Tgħid isibuh qabel ikun tard wisq?

It-tema ta' dan il-ktieb: ispirat minn Djarji u orarji (minn Tikka Malti 3b)

ISBN: 9789990916614
Illustratur: Moira Scicluna Zahra
Pubblikazzjoni: 2017
Paġni: 32

  • Reċensjonijiet(0)
  • Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
    View Profile
    Xi snin ilu, Rachel Portelli refgħet u telqet mill-karriera ta’ fiżjoterapista l-isptar biex tfittex xogħol iżjed kreattiv. Il-kreattività sabitha fid-dinja tal-kotba. U minn dakinhar, kif jgħidu, qatt ma ħarset lura. Fost il-ħafna rwoli li kopriet s’issa, kien hemm l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet tal-kotba għall-tfal, konsulenza fuq kotba tal-iskola, kordinazzjoni tal-maġġorparti mill-kotba tal-iskola ppubblikati mill-Merlin, u anki kitba u addattamenti għall-Malti ta’ testi għaċ-ċkejknin nett. Rachel hija l-oażi ta’ kalma x-xogħol, possibbilment riżultat tal-ħiliet organizzattivi tagħha … jew inkella ġejja mill-imħabba tagħha għall-ġardinaġġ.
    View Profile
    View Pdf