
-
Clare Azzopardi, Rachel Portelli,
Il-misteru tal-arloġġ: it-tieni parti (Tikka Qari Livell 10)
ta' : Clare Azzopardi, Rachel Portelli€4.15
Parti mis-sensiela “Tikka” għall-Malti fil-primarja
Sensiela ġdida għall-qari bil-Malti, imfassla tematikament u torbot ma’ Tikka Malti. Is-sensiela kollha hi miġbura f’livelli differenti, ilkoll gradati skont kriterji ċari u utli għall-għalliema.
L-avventura tal-arloġġ tkompli! Nina, Ġanni, Sandro u Ġużi jidhru inkwetati għax il-pittura tal-Kavallier li kienet imdendla fil-Mużew tal-Arti qed titlef il-kulur tagħha u ħadd ma jaf għaliex. It-tfal jissuspettaw li qed jiġri hekk għax l-arloġġ tal-Kavallier baqa’ għandhom. Jaqtgħuha li jmorru lura fil-passat akkost ta’ kollox.
Imma tgħid il-bieb jisma’ x-xewqa tagħhom? Tgħid joħodhom għand il-ħabib tagħhom il-Kavallier?
Dan il-ktieb ikompli ma’ Il-misteru tal-arloġġ: l-ewwel parti
ISBN: 9789990917307
Illustratur: Moira Scicluna Zahra
Pubblikazzjoni: 2017
Paġni: 32