-
Antoinette Borg
Martina kienet toqgħod Ħal Balluta. Villaġġ xejn speċjali. Bla turisti. Bla ristoranti. U bla lukandi.
Imma għal Martina kien villaġġ speċjali. Kienet toħlom li xi darba Ħal Balluta jkun hemm ħafna turisti, u meta kibret fetħet lukanda hi!
Għalxejn. Ma ġewx turisti, u l-lukanda baqgħet vojta. B’qalbha maqsuma, Martina sejħet lil Twanny tat-Twaqqigħ u qaltlu biex il-lukanda jġibha ġebel u trab …
X’se jagħmel Twanny? Se jwaqqagħha l-lukanda?