IXTRI

  • img-book

    Clare Azzopardi, Kenneth Scicluna,

Il-lanċa tal-irmonk (Tikka Qari Livell 12)

ta' : Clare Azzopardi, Kenneth Scicluna

4.50

Kopji:
ISBN: 9789990917895-1
Qoxra: paperback
Età: 6-10
Pubblikazzjoni : 2017
Paġni : 32

Parti mis-sensiela “Tikka” għall-Malti fil-primarja

Sensiela ġdida għall-qari bil-Malti, imfassla tematikament u torbot ma’ Tikka Malti. Is-sensiela kollha hi miġbura f’livelli differenti, ilkoll gradati skont kriterji ċari u utli għall-għalliema.

Qatt rajthom dawk il-laneċ lewn il-larinġ iduru fil-Port il-Kbir jew f’dak ta’ Birżebbuġa? Għandhom forma naqra stramba. Iżgħar ħafna minn vapuri oħra, imma kapaċi jiġbdu u jimbuttaw bastimenti ferm ikbar minnhom. Kont taf li l-ewwel lanċa tal-irmonk waslet Malta iktar minn 150 sena ilu?

Dan il-ktieb se jdaħħlek fid-dinja ta’ dawn il-laneċ, kif ukoll tan-nies li jħaddmuhom u jieħdu ħsiebhom.

Dan il-ktieb jorbot ma’ Tikka Malti 5a
(Tema: ispirat minn “Xi vjaġġ dak!”)

Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
View Profile
View Pdf