Il-Ktieb tal-Fenek l-Aħmar ossija Il-Gideb sfaċċat u t-Taħwid bla Qies tal-Bnedmin miktub min-Nobbli Fenek l-Aħmar bil-parir ta’ Trevor Żahra u l-bsaten fir-roti tan-Nanna Kolina.
Klassiku tal-umoriżmu u s-satira mill-pinna inimitabbli ta’ Trevor Żahra
Trevor Żahra
Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com