Shop

  • img-book

    Simon Bartolo

Il-Kreatura tal-Bir (1)

by : Simon Bartolo

11.95

3-for-2 on summer reading! Buy 2 books, get the 3rd one FREE! (textbooks excluded)
Quantity:
ISBN: 9789990918946
Cover: paperback
Age: 9-14, 13-18
Illustrator: José Luís Ocaña
Publication Date : 2020
Page Count : 280
Nadja u Antonin kienu fil-bitħa meta wasal. Xammewh mill-ewwel għax ir-riħa kienet tasal qablu. Kien jinten seba’ pesti. Twerwru għax kienu jafu li ġej għalihom! Telqu jiġru imma hu daħal għal warajhom. Fejn se jaqbdu jinħbew? Dan hu l-bidu ta’ storja kbira. Avventura li tlaqqagħna ma’ nies eċċentriċi, irwejjaħ differenti, ġojjelli forma ta’ brimb, kejkijiet tajbin u sopop strambi, xita, tattwaġġi, siġar, fjuri, vażuni, bagalji, eċitament, kurżità, sorpriżi u, fuq kollox, biża’. Biża’ minn mostri antiki li ħadd ma jaf minn fejn ġejjin jew kif se neħilsu minnhom. F’dan l-ewwel ktieb Antonin u l-bqija ta’ familtu jsibu ruħhom wiċċ imb wiċċ ma’ kreatura tal-qedem li, jekk toħroġ mid-dlam kiesaħ tal-ġiebja li tgħix fih, aħjar inwarrbu u ninħbew kollha kemm aħna!
Ħadd ma kien jaf mnejn kienet ġiet jew kemm kienet ilha hemm, u ftit nies kienu rawha. Iżda kulħadd kien jaf biha. Kienet kreatura tal-qedem … Meta n-nanniet kienu għadhom tfal, il-bużnanniet kienu jirrakkontawlhom stejjer dwarha. Stejjer li kienu tant antiki li ħadd ma jiftakar liema nannu jew bużnannu qalhom għall-ewwel darba. Kienet kreatura tad-dlamijiet — għax hekk jingħad fl-istejjer li kienu jqabblu l-għannejja fl-irħula tal-inħawi meta jrabbu biżżejjed kuraġġ biex isemmuha wara li jixorbu xi pinta nbid.   L-ewwel ktieb fit-triloġija ġdida Ruxxmata Kreaturi

ISBN: 9789990918946
Illustrator: José Luís Ocaña
Publication Date: 2020
Page Count: 280

  • Reviews(0)
  • Simon Bartolo became popular as a writer with the Fiddien Trilogy which he co-wrote with Loranne Vella. Since then all his books have earned him national prizes. His plays have also enjoyed success, especially Jien Inħobb, Inti Tħobb and Ħabbilni Ħa Nirbaħ which inspired a feature film released in 2018. Simon is a full-time writer based in Malta. He writes stories and novels and songs and plays. You will rarely see him anywhere without a pencil and a notebook.
    View Profile
    View Pdf