Shop

  • img-book

    Simon Bartolo

Il-Kreatura taħt is-Sodda (2)

by : Simon Bartolo

14.95

Quantity:
ISBN: 9789918240111
Cover: paperback
Age: 9-14, 13-18
Illustrator: José Luís Ocaña
Publication Date : 2022
Page Count : 334
It-tieni ktieb fit-triloġija ġdida Ruxxmata Kreaturi Imsieken Nadja u Antonin u l-bqija tal-familja; bilkemm għad kellhom ħin jieħdu nifs wara l-attakk tal-Imħalla li ma tasalx l-invażjoni tal-Imniefaħ f’dan it-tieni ktieb tar-Ruxxmata Kreaturi. Avventura mostruża ġdida għall-familja Borg u din id-darba għar-raħal kollu tagħhom. Misterjuż il-fatt li l-mostru taħt is-sodda jrid ikaxkar miegħu lil Nadja u mhux lil ħaddieħor! Storja mimlija b’affarijiet strambi bħall-boċċa tal-ħġieġ li tixgħel, il-fjura maġika t’għajn il-jum li tbiddel il-kuluri, is-siġar li jafu jsiru aggressivi, iċ-ċiklun ġo barmil, l-Ulied tal-Ħamrija, il-gawwi tal-mewt, is-sala tal-inspjegabbli … u l-ewwel lemħa vera tar-ruxxmata kreaturi li hemm ħerqana biex joħorġu mid-dinja tan-naħa l-oħra.
Bħall-Imħalla, il-Mostru tal-Imniefaħ huwa kreatura tal-qedem li ħadd ma jaf mnejn ġie jew kemm ilu jeżisti. Għalkemm ftit huma n-nies li rawh, kulħadd jaf bih. Il-Mniefaħ huwa kreatura waħda kbira jew miljuni ta’ kreaturi żgħar? Kull ċellola ta’ din il-kreatura hija indipendenti u tista’ toħloq Imniefaħ ġodda, iżda meta jingħaqdu kollha flimkien jiffurmaw mostru li donnu m’hemmx limitu kemm jista’ jikber. Minn kemm ilhom jiftakru l-iżjed nies xjuħ tar-raħal, il-Mostru tal-Imniefaħ minn dejjem kien jeżisti. Ommijiethom u nanniethom kienu javżawhom biex dejjem jikinsu taħt is-sodda bir-reqqa u l-iktar irkejjen moħbija tad-dar għax hemm jitrabbew l-Imniefaħ, u jekk ikollok l-Imniefaħ fid-dar, setgħu jkaxkruk magħhom dritt lejn l-infern. L-aħjar ħaġa li tista’ tagħmel hi li taħrabhom malli tarahom ġejjin. Wieħed ovvjament irid jispera li jilħaq jarahom ġejjin qabel ma jaslu u jaqbżu fuqu. Stejjer antiki dawn, hawn min jemminhom u hawn min le. Imma l-Imniefaħ ma jimpurtahomx jekk bniedem ikunx jemmen fihom jew le, huma ma jiddiskriminawx, jibilgħu u jkaxkru lil kull min isibu quddiemhom.   L-ewwel ktieb fit-triloġija ssibuh hawn.  

ISBN: 9789918240111
Illustrator: José Luís Ocaña
Publication Date: 2022
Page Count: 334

  • Reviews(0)
  • Simon Bartolo became popular as a writer with the Fiddien Trilogy which he co-wrote with Loranne Vella. Since then all his books have earned him national prizes. His plays have also enjoyed success, especially Jien Inħobb, Inti Tħobb and Ħabbilni Ħa Nirbaħ which inspired a feature film released in 2018. Simon is a full-time writer based in Malta. He writes stories and novels and songs and plays. You will rarely see him anywhere without a pencil and a notebook.
    View Profile
    View Pdf