IXTRI
Kategoriji
X
-
Trevor Żahra
Il-Kitba Kreattiva
ta' : Trevor Żahra€6.85
ISBN:
9789990912838
Kategorija:
Non-Fiction, Referenza, Riżorsi għall-Għalliema
Qoxra:
paperback
Età:
13-18, adults
Pubblikazzjoni : 2007
Paġni : 88
About This Book
Titwila lejn il-mekkaniżmi tal-kitba kreattiva u ideat siewja għal kulmin iħoss is-sejħa tal-kitba
F'dan il-ktejjeb, Trevor Żahra, l-awtur aktar milli l-kritiku letterarju, jaqsam magħna ħsibijietu dwar din l-arti tant abbużata li titlob ħafna aktar għaraq milli ispirazzjoni. Jitkellem fuq it-teknika tal-vuċijiet, tal-karatterizzazzjoni, tan-nisġa, tad-djalogar, kif ukoll fuq it-tħaddim f'waqtu tas-simboliżmu, l-ambigwità, u d-diskors figurattiv. Madankollu jfakkarna fl-aktar regola fundamentali - li kull teknika trid tkun funzjonali, li kull manjiera trid tidwi l-materja, li kull strateġija stilistika trid tingħaġen f'sustanza.
Fuq kollox, 'l hinn mit-talent narrattiv, irid ikun hemm viżjoni sħiħa tal-ħajja, imsejsa fuq intuwizzjonijiet maturi daqskemm fuq tifkiriet personali, li minkejja li tkun xorbot minn diversi għejun, tissarraf f'esperjenza waħdiena u irrepetibbli.

Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com